Password was successfully changed.
Continue Shopping
+ View All - View Less

Il-kuruna anġelika


Il-kuruna anġelika

Code: 9789995730772

€ 2.00

Highlight:

Publisher: Reliġjon u Ħajja
Size: 10x15cm
Year: 2017

Description:

P.31
Maltese
Paperbook.

Dan l-eżerċizzju devot kien irrevelat minn San Mikiel Arkanġlu lill-Qaddejja t’Alla Swor Antonia de Astonac, soru Portugiża.
Il-Prinċep tal-Anġli deher lill-qaddejja t’Alla u qalilha li ried li jkun meqjum b’disa’ invokazzjonijiet li jfakkru d-Disa’ Kori tal-Anġli. F’kull invokazzjoni kellu jkun hemm it-tifkira ta’ wieħed mill-Kori tal-Anġli kif ukoll ir-reċita tal-Missierna u tliet Avemarijiet. Il-kuruna tal-Anġli kellha tispiċċa b’erba’ Pater Noster wieħed ad unur tiegħu, ieħor ad unur ta’ San Gabrijel, ieħor ad unur ta’ San Rafel, u ieħor ad unur tal-Anġli Kustodji.
L-Arkanġlu wiegħed ukoll li jaqla’ minn għand Alla li min iqimu b’din il-Kuruna Anġelika qabel jersaq jitqarben, ikun akkompanjat sal-mejda tat-tqarbin minn anġlu ta’ kull kor. Lil min jgħidha kuljum wiegħed li jkollu protezzjoni speċjali u 13 kontinwa tiegħu u tal-anġli kollha matul ħajtu u wkoll wara mewtu fil-Purgatorju.
Għalkemm dawn ir-rivelazzjonjiet ma ġewx rikonoxxuti uffiċjalment mill-Knisja, b’dankollu din id-drawwa ġiet imxerrda ħafna fost id-devoti ta’ San Mikiel u tal-Anġli kollha.
Fl-1851, is-Sorijiet ta’ Vetralla talbu lill-Papa Piju IX (illum beatu) biex jeżamina l-Kuruna Anġelika. Fit-8 t’Awwissu 1851, il-Kardinal Prefett Luigi Lambruschini ffirma d-digriet tal-approvazzjoni. Fl-24 ta Novembru 1851 il-Kardinal Prefett Aquini ta l-indulġenzi li jistgħu jiġu applikati għall-mejtin.
Fl-aħħar nett fit-3 ta’ Settembru 1868 Piju IX ikkonċeda l-indulġenza plenarja bil-kondizzjonijiet tas-soltu.
 

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. Reject Non-Essentials Accept All