 
            Code: 9789918603367
€ 8.00
Publisher: Reliġjon u Ħajja 
Author: Andrew Galea
Size: 21x13cm 
Year: 2023
L-awtur,   filwaqt  li  jikteb   bl-istil   tal-parabboli (l-istil ta’ Ġesù nnifsu), bi kliem sempliċi u li jista’ jifhmu kulħadd,  iwasslilna ħsibijiet mill-aktar profondi.  Kull paġna hija sfida u stedina sabiex inħallu   l-Kelma   ta’  Alla tagħmilna  bnedmin u Nsara aħjar. Jalla dawn  ir-riflessjonijiet  li jakkumpanjaw  il-Liturġija ta’ kull nhar  ta’ Ħadd u l-Festi jiswew sabiex ilkoll flimkien nagħmlu mixja u  nifhmu  ftit aktar il-misteru  li jkun  qed jiġi ċċelebrat fil-Liturġija, jgħinna nserrħu l-menti tagħna  u  nsibu lilna nfusna,  niksbu  frott  kotran u aħna stess insiru kanali li minnhom jgħaddu għejun  ta’ grazzji għal kull  min  Alla jlaqqagħna miegħu matul il-ġimgħa li tkun  ġejja fuqna.
Għal aktar tagħrif: https://www.ruhmalta.com/product/?dulce-lignum--g-uda-g-a-i-a1