Password was successfully changed.
Continue Shopping
+ View All - View Less

L-isem ta' alla huwa ħniena


L-isem ta' alla huwa ħniena

Code: 9789995730642

€ 15.00

Highlight:

Publisher: Reliġjon u Ħajja
Author: Pope Francis
Translated by: Francesco Pio Attard
Size: 15x22cm
Year: 2016

Description:

p.107
Maltese
Hardback.

“Il-ħniena hi l-ewwel attribut ta’ Alla. Hi l-isem ta’ Alla. Ma hemm l-ebda sitwazzjoni li ma nistgħux noħorġu minnha, m’aħniex ikkundannati biex negħrqu fir-ramel.”
Bi kliem sempliċi u dirett, il-Papa Franġisku jdur fuq kull raġel u mara tal-pjaneta fi djalogu intimu u personali. Fiċ-ċentru, hemm it-tema li hi l-aktar għal qalbu – il-ħniena – sa minn dejjem il-qalba tax-xhieda tiegħu u issa tal-pontifikat tiegħu. F’kull paġna tidwi x-xewqa tiegħu li jilħaq dawk l-erwieħ kollha – fil-Knisja u barra minnha – li qed ifittxu sens għal ħajjithom, triq ta’ paċi u ta’ rikonċiljazzjoni, fejqan għall-ġrieħi tal-ġisem u tar-ruħ. Qabelxejn dik l-umanità mifnija u muġugħa li qed titlob li tkun milqugħa u mhux miċħuda: il-foqra u l-imwarrbin, il-ħabsin u l-prostituti, imma anki dawk li jħossuhom mifxula u tbiegħdu millfidi, l-omosesswali u d-divorzjati. Fil-konverżazzjoni tiegħu mal-Vatikanista Andrea Tornielli, Franġisku jispjega – permezz ta’ rakkonti minn żgħożitu u episodji mqanqla mill-esperjenza tiegħu ta’ ragħaj – ir-raġunijiet għal din is-Sena Mqaddsa straordinarja li hu ried b’tant qawwa. Bla ma jwarrab fil-ġenb il-kwistjonijiet etiċi u teoloġiċi, jisħaq li l-Knisja ma tista’ ssabbat il-bieb tagħha f’wiċċ ħadd; pjuttost il-missjoni tagħha hi li tinfed fil-kuxjenzi biex tiftaħ xquq ta’ dawl biex il-bnedmin jagħrfu jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom u jitbiegħdu mill-ħażen li għamlu. F’dan id-djalogu skjett, Franġisku lanqas jibqa’ lura milli jaffronta l-kobba mħabbla fir-relazzjoni bejn ħniena, ġustizzja u korruzzjoni. Lil dawk l-Insara li jgħoddu ruħhom fost il-“ġusti”, ifakkarhom: “Anki l-Papa għandu bżonn tal-ħniena ta’ Alla.”
L-Isem ta’ Alla huwa Ħniena kien ippubblikat f’iżjed minn 85 pajjiż madwar id-dinja.
 

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. Reject Non-Essentials Accept All