Password was successfully changed.
Continue Shopping
+ View All - View Less

Jiena nemmen - l-istqarrija tal-fidi...


Jiena nemmen - l-istqarrija tal-fidi...

Code: 9789993247708

€ 3.50

Highlight:

Publisher: ĊAK
Author: Alfred Calleja
Size: 14.7x21cm

Description:

p.104
Maltese
Paperback.

Wara li għaddew ħamsin sena mill-Konċilju Vatikan II u għoxrin mit-tnedija tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika l-Papa Emeritu Benedittu XVI xtaq li s-sena 2012-2013 tkun iddedikata lill-Fidi. Kif qal dan il-Papa innifsu fil-ftuħ tas-Sena tal-Fidi id-dokumenti tal-Konċilju Vatikan II u l-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika huma espressjoni hjja tal-Vanġelu u l-fidi fil-Knisja. Għalhekk huwa importanti li nkunu nafu l-kontenut tal-fidi tagħna biex inkunu nistgħu nitħeġġu u niġġeddu bla waqfien bħala dixxipli tal-Mulej. Għaldaqstant f'din is-sena ddedikata 'l-Fidi l-Pubblikazzjoni ĊAK ħasbet li toffri sensiela ta' artikli dwar il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika biex kulħadd ikun jaf dak li tgħid il-Knisja u kif nistgħu ngħixu aħjar id-don tal-fidi f'ħajjitna.
P. Alfred Calleja Ministru Provinċjal tal-Patrijiet Minuri Konventwali f'dan il-ktejjeb jippreżentalna dan it-tagħim filwaqt li jgħinna nagħmlu r-riflessjonijiet tagħna jagħtina daqqa t'id biex napplikawha għall-ħajja ta' kuljum.

This site uses cookies to offer you a better browsing experience. Reject Non-Essentials Accept All