Publisher: Arċidjoċesi ta' Malta
Publication Date: 2014
Size in (cm): 12x19
Description:
p.1104, Maltese, Paperback.
Ergajna skoprejna li anki fil-katekezi, l-ewwel thabbira, jew ''kerygma'', ghandha rwol fundamentali, li ghandha tkun fil-qalba tal-hidma ta' evangelizzazzjoni u ta' kull hsieb ta' tigdid fil-Knisja. Il-kerygma hi Trinitarja. Hi n-nar tal-Ispirtu li jinghatalna taht l-ghamla ta' ilsna u jimliena bil-fidi f'Gesù Kristu, li bil-mewt u l-qawmien tieghu jurina u jxerrdilna l-ħniena bla tarf tal-Missier. Fuq fomm il-katekista dejjem jirritorna l-eku tal-ewwel tħabbira: ''Gesù Kristu jħobbok, ta ħajtu biex jifdik, u issa hu ħaj u qrib tieghek kuljum, biex idawlek, biex isahhek, biex jehilsek''. [...]
Il-formazzjoni Nisranija kollha hi qabelxejn l-approfondiment tal-kerygma li tkompli titlahham dejjem izjed u ahjar, li qatt ma tieqaf iddawwal l-impenn tal-katekezi, u li tghinna nifhmu ahjar it-tifsira ta' kull tema ohra li tizviluppa fil-katekezi. Hi t-thabbira li twiegeb ghall-ghatx li hemm f'kull qalb umana ghal dak li jibqa' ghal dejjem. Papa Frangisku, Ezortazzjoni Appostolika: Il-Ferh tal-Evangelju, 24 ta' Novembru (minn paragrafi 164 u 165)
.Click the link below to purchase this book online
https://www.ruhmalta.com/titli-o-ra.html